Lokali

Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi

Raġel ta’ 51 sena weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-13.00, il-pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi triq il-Belt Valletta, f’Ħal Qormi.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post fejn mill-investigazzjonijiet irriżulta li fl-istess inċident kienu involuti żewġ vetturi, mutur tal-għamla Kawasaki J125 misjuq minn raġel ta’ 51 residenti San Pawl il-Baħar u karozza Nissan March misjuqa minn mara ta’ 25 sena minn Ħaż-Żebbuġ.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-assistenza fuq il-post minn tim mediku, imbagħad ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-pulizija għadhom għaddejjin.