Sport Sport Ieħor

Tadej Pogacar jaċċerta mir-rebħ tat-Tour de France

epa09352594 Slovenian rider Tadej Pogacar of the UAE-Team Emirates celebrates on the podium with the overall leader's yellow jersey after the 21st stage of the Tour de France 2021 over 108.4 km from Chatou to Paris, France, 18 July 2021. EPA-EFE/GUILLAUME HORCAJUELO

Is-Sloven Tadej Pogacar ta’ Team Emirates huwa r-rebbieħ tal-edizzjoni 2021 tat-Tour de France. Pogacar rebaħ b’total ta’ 82 siegħa 56 minuta 36 sekonda b’distakk ta’ 5 minuti 20 sekonda mill-Belġjan Jonas Vingegaard ta’ Jumbo Visma . Fit-tielet post temm Richard Carapaz mill-Ekwador ta’ Ineos Granadiers b’distakk ta’ 7 minuti u 3 sekondi. L-aħħar ġurnata tat-Tour kienet il-21 stadju li sar fit-toroq ewlenin ta’ Pariġi b’rotta mill-Louvre għal Champs Elysee lejn Place de la Concorde bi tmiem mal-Arc de Triomphe.

Suċċess fl-aħħar ġurnata għal Belġjan Wsout Van Aert ta’ Jumbo Visma li rebaħ l-isprint f’ sagħtejn 39 minita 37 sekonda. Fl-istess ħin daħlu l-Belġjan Jasper Philipsen ta’ Alpecin Fenix u l-Britanniku Mark Cavendish ta’ Quick Step. Ma rnexxiex fl-isprint it-tentattiv ta’ Cavendish li jirbaħ il-35 stadju tal-karriera li kien ipoġġieħ bħala l-aktar wieħed li rebaħ fit-Tour. B’34 suċċess jinsab daqs il-leġġendarju Eddy Merckx.