Lokali

‘Ulied il-Lejl’ – drama ġdida għall-familja kollha fuq NET TV

Il-ktieb tant popolari bl-isem ta’ ‘Suwed Ulied il-Lejl’ ta’ Charles Micallef St John qed ikun addattat għal serje televiżiva ġdida li se tibda tixxandar fuq Net Television f’Ottubru li ġej.

Din is-serje se jkun qed tirrakonta l-istorja ta’ imħabba ta’ żewġ żgħażagħ, Ġorġa u Lippu li jsibu numru ta’ intriċċi quddiemhom, b’mod speċjali minn missier Ġorġa stess.

L-istorja, ambjentata f’Malta stess tmur lura għaż-żminijiet tal-1860… u b’hekk ma jistax jonqos li biex tittella’ din il-produzzjoni kellhom isiru ħafna studji u preparamenti biex jaċċertaw li l-progress taż-żminijiet ta’ llum ma jfixklux il-filming ta’ din is-serje.

Net News tkellem mal-producer ta’ din is-serje, Charles Stroud fejn spjegalna aktar dwar ix-xogħol li tinvolvi.

Il-preparamenti għal din is-serje bdew minn Mejju li għadda, fejn tim sħiħ beda jaħdeem fuq l-għażla tal-atturi, l-ilbies u l-filming.

Is-serje se jkollha b’kollox 27 episodju bl-involviment ta’ madwar  90 attur, b’uħud minnhom stabbiliti u oħrajn uċuh ġodda.

Filmat: Bernie Dimech
Muntaġġ: Antoine Farrugia Lauri