Lokali

Aktar Ministri jinħbew wara r-retorika dwar il-greylisting

Ir-retorika u l-kliem sabiħ huma l-ingredjenti li jużaw kull darba l-Ministri ta’ Robert Abela.. meta jsibu ruħhom f’pożizzjoni skomda fejn m’għandhom xejn aktar xi jgħidu… u dawn qed jużawhom kull darba li jkunu mistoqsijin dwar il-greylisting fost l-oħrajn.

Kważi xahar wara li sar magħruf li l-FATF kienet poġġiet lil Malta fuq il-lista l-griża… il-Gvern qed ikomplu jħalli lill-poplu Malti kompletament fl-għama dwar x’wassal biex pajjiżna sab ruħu fuq din il-lista xejn prestiġġjuża.

U għall-mistoqsijiet dwar dan, il-Ministri jwieġbu dejjem bir-retorika.

Wara li l-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana ppruvat iddur mal-lewża l-ewwel darba, Net News reġa’ pprova jieħu tweġiba li tagħmel sens għall-mistoqsija tagħna dwar għaliex pajjiżna ġie greylisted.

U anke wara din it-tieni tweġiba mhux tweġiba, il-Ministru bagħet tinsisti li ma tgħidx min jew xiex wassal biex pajjiżna ġie greylisted, u saħansitra tefgħetha fuq il-ġurnalista u qaltilhal li għandha tkun hi li tgħin f’din is-sitwazzjoni.

Malta ġiet greylisted fit-23 ta’ Ġunju, u sal-lum, xahar wara, il-Gvern għadu ma ħax responsabbilà ta’ dan, u wisq anqas ma ta r-raġunijiet li ngħatawlu mill-FATF li wasslu għal dan il-greylisting.

Ikkummenta