Futbol Sport

Arsenal jiffirmaw lil Albert Sambi Lokonga

It-tim tal-Premier League, Arsenal komplew il-ħidma tagħhom fis-suq tat-trasferimenti hekk kif fl-aħħar sigħat ħabbru l-akkwist tal-midfielder Belġjan ta’ 21 sena Albert Sambi Lokonga.

Il-player żagħżugħ issieħeb lil Arsenal mingħand Anderlecht fejn iffirma kuntratt fit-tul. Fil-jiem li għaddew Arsenal ħabbru wkoll l-akkwist tad-difensur Nuno Taveres filwaqt li fis-sigħat li ġejjin mistennija jakkwistaw lid-difsensur ta’ Brighton, Ben White.

Ikkummenta