Sport Sport Ieħor

Coco Gauff tiritra mill-Olimpjadi wara li tirriżulta pożittiva għall-Covid-19

(Ritratt: EPA)

It-tennista Amerikana li kienet se tifforma parti mill-kontiġent Amerikan għall-Olimpjadi ta’ Tokjo, Coco Gauff kellha tirtira wara li rriżultat pożittiva għall-Covid-19.

F’messaġġ fuq Twitter, Gauff qalet li tinsab diżappuntata li mhux se tkun tista’ tikkompeti fl-Olimpjadi hekk kif din kienet il-ħolma tagħha li tirrapreżenta lil pajjiżha fl-Olimpjadi filwaqt li qed tittama li fil-futur ikun hemm opportunitajiet oħra sabiex tagħmel dan.

It-tennista ta’ 17-il sena li kienet parti mit-tim flimkien ma’ Jennifer Brady, Jessica Pegula u Alison Riske tinsab iżolata. It-tennis kien wieħed mill-aktar dixxiplini fl-Olimpjadi milqut hekk kif għadd ta’ tennisti rinomati fosthom Serena Williams, Roger Federer u Rafael Nadal iddeċiedew li ma jikkompetux f’din l-edizzjoni.