Huma 146 il-każi ġodda ta’ Covid-19 li ġew irreġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa. Dan ifisser li t-total ta’ każi minn Marzu 2020 issa żdied għal 31,616.
Dan tħabbar mill-Ministeru għas-Saħħa fejn għaldaqstant, fl-aħħar sebat ijiem il-Gżejjer Maltin irreġistraw 1,376 każ ġdid.
Dan filwaqt li bejn il-Ħadd u t-Tnejn fiequ 15-il persuna mill-pandemija filwaqt li fortunatament ma ġiet irreġistrata ebda fatalità bil-vittmi jibqgħu jammontaw għal 420.
Il-każi attivi issa żdiedu għal 1,963.
Intant, mill-195 każ ġdid imħabbra tul il-jum tal-Ħadd, 70 minnhom kellhom ‘il fuq minn 39 sena bl-età medja tibqa’ żżid issa dik ta’ 29 sena.
Dan filwaqt li huma 18 il-persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei kawża tal-virus….b’pazjent minnhom rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
//= $special ?>