EURO 2020 Futbol Sport

“Dan it-tim se jibqa’ mniżżel fl-istorja”- Roberto Mancini

(Ritratt: EPA)

Fl-ewwel kummenti tiegħu, ġimgħa wara r-rebħ tal-Euro 2020, il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Roberto Mancini qal li dan it-tim tal-Italja se jibqa’ mniżżel fl-istorja tal-futbol.

Mancini qal li hija emozzjoni sabiħa ferm li tħossok rebbieħ ta’ tournament daqshekk prestiġjuż filwaqt li qal li jħossu kuntent għat-Taljani kollha madwar id-dinja. Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan temm jgħid li għex xahar mimli emozzjonijiet u tensjoni iżda wara r-rebħa permezz tal-penalties fuq l-Ingilterra, jħares ‘il quddiem għal iktar rebħ mat-tim Taljan.