Lokali

“Għadu kmieni biex ikollna pjan… imma kollox lest” – Justyne Caruana

Kollox fl-arja u ħadd ma jaf x’se jiġri. Ġenituri mħassba. Għalliema f’inċertezza. U Gvern bla soluzzjonijiet.

Din kienet is-sitwazzjoni f’pajjiżna f’Settembru tal-2020 meta il-Gvern u l-Ministru tal-Edukazzjoni sa ġimgħa qabel ma nfetħu l-iskejjel.. ma kellux idea ta’ kif ser isir dan…

Net News, it-Tnejn filgħodu staqsa lill-Minsitru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana dwar jekk għandhomx strateġija għall-ftuħ tal-iskejjel li ser tkun qed tintuża tmien ġimgħat oħra meta jerġgħu jinfetħu l-iskejjel mill-ġdid… bil-Ministru tgħidilna li għadu kmieni wisq biex isir dan…

Iżda wara li bqajna nsostnu mal-Ministru li minkejja kollox, irid ikollok pjan għall-kull żvilupp u sitwazzjoni.. il-Ministru saħqet li kollox huwa lest.

Għat-tieni sena konsekuttiva, kemm l-għalliema, l-istudenti u l-istaff tal-iskejjel diġà qed jistaqsu ħafna mistoqsijiet dwar x’ser ikun qed jiġri biex ma jibqgħux fil-għama sal-aħħar minuta… iżda sfortunatament qed jibqgħu mingħajr tweġiba.. għax skont il-Ministru Justyne Caruana.. għadu kmieni biex wieħed jagħmel dan.

Dan kollu jkollu jkompli jikkonferma kemm il-Gvern ta’ Robert Abela huwa bla pjan.. u kemm ma tgħallem xejn minn dak li ġara is-sena l-oħra fejn tidħol l-edukazzjoni ta’ uliedna.