Sport Sport Ieħor

Gianluca Chetcuti jirbaħ ir-raba’ l-MSSF Selection Shoot Trap

Gianluca Chetcuti rebaħ ir-raba’ MSSF Selection Shoot tat-Trap tas-sena 2021.

James Galea Jr. ġie t-tieni klassifikat, filwaqt li Paul Formosa spiċċa t-tielet fil-klassifika finali. Din il-kompetizzjoni saret fir-Ranges tal-Bidnija, u ttelgħet fuq jumejn, b’75 plattina s-Sibt, u 50 plattina u l-Finali, l-għada l-Ħadd.

Is-sitt Finalisti skond il-Bib number u l-kwalifikazzjoni tagħhom kienu: James Galea Jr. b’total ta’ 109/125; Ryan Bugeja 108/125; Paul Formosa 107/125; Gianluca Chetcuti 107/125; Michael Grech 107/125; u Brian Galea 106/125.

Ir-Riżultati uffiċjali wara l-Finali kienu: Gianluca Chetcuti 41/50, James Galea Jr. 39/50, Paul Formosa 30/40, Brian Galea 26/35, Michael Grech 20/30, Ryan Bugeja 13/25