Knisja Kultura Lokali

Iċċelebrat il-100 anniversarju mill-bini tal-Knisja tal-Bidnija

Il-Ħadd ġie ċċelebrat il-100 anniversarju mill-bini tal-Knisja tal-Bidnija, ddedikata lill-Familja Imqaddsa permezz ta’ quddiesa kkonċelebrata fuq  iz-zuntier tal-istess kappella mill-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna, bl-attendenza ta’ numru sabiħ ta’ residenti tal-Bidnija.

Fl-omelija tiegħu, l-Arċisqof tkellem dwar l-importanza tal-valur tal-familja li wieħed jista’ jsib fis-Sagra Familja kif ukoll fuq l-importanza tal-komunità li sservi ta’ familja bħal dik tal-Bidnija.

Din il-knisja tlestiet fl-1920 u kienet mfassla mill-Perit Salvu Zahra u mibnija minn għadd ta’ bdiewa li kienu jgħixu fiż-żona. L-istatwa tal-Familja Mqaddsa hija xogħol tal-artist Wistin Camilleri.