Sport Sport Ieħor

Il-Covid-19 ikompli jolqot l-Olimpjadi ta’ Tokjo

(Ritratt: EPA)

Ninsabu tlett ijiem mill-ftuħ uffiċjali tal-Olimpijadi f’Tokjo bl-aħħar aħbarijiet mill-Villaġġ Olimpiku jikkonfermaw aktar każijiet ta’ atleti jew uffiċjali pożittivi għal coronavirus. It-tim tal-ġinnastika tal-Istati Uniti jinsab fi kwarantina f’lukanda wara li wara sessjoni ta’ taħriġ fil-belt ta’ Inzai, ġinnasta irriżultat pożittiva kif wkoll membru tat-tim. Konferma ingħatat mill-Kumitat Olimpiku tal-Istati Uniti bla ma taw isem il-ġinnasta. It-tennista Coco Gauff li kellha tagħmel parti mill-kontiġent Amerikan għall-Olimpjadi, kellha tirtira wara li rriżultat pożittiva għall-Covid-19. Sitt atleti u żewġ membri tal-kontinġent tar-Renju Unit tal-atletika jinsabu f’iżolament volontarju .

Irriżulta wkoll pożittiv il-plejer tal-beach volley tar-Repubblika Ceka Ondrej Perusic kif wkoll membru tat-tim li mal-wasla minn Praga wrew sintomi tal-Covid. Il-kontinġent tal-Afrika t’Isfel kien l-ewwel milqut bil-plejers tal-futbol Thabiso Monyane u Kamahelo Mahlatsi kif wkoll l-uffiċjal tat-tim Mario Masha. Il-kowċ tar-Rugby 7’s tal-Afrika t’Isfel Neil Powell wkoll irriżulta pożittiv.