Lokali Mużika

Il-producer internazzjonali Lil Eddie jfaħħar il-kanzunetta ‘Not This Time’ ta’ Kurt Cassar u Kelly Moncado

Il-kantant lokali Kurt Cassar b’ kollaborazzjoni mal-artista Taljana Kel (Kelly Moncado) ghadhom kemm nedew il-kanzunetta ‘Not This Time’ fuq kliem u muzika taghhom stess u produzzjoni ta’ Cyprian Cassar ul-produttur Taljan Jody Bacouccha. Kanzunetta fuq stil orjentali u pop li tidher niezla tajjeb ferm mas-semmiegha us-segwaci tal-mezzi socjali. 

Kurt u Kelly iltaqghu fl-ewwel stragun t’ X Factor Malta u minn dak iz-zmien ‘l hawn baqghu jahdmu diversi kanzunetti flimkien ghall-pubbliku. Hafna segwaci qed jaqsmu l-filmat muzikali li gie mniedi lbierah. Il-filmat huwa metafora shiha mill-bidu sal-ahhar fejn il-kantanti flimkien mal-atturi qed juru riflessjoni tal-emozzjonijiet taghhom. 

Qabel ma gie mniedi l-filmat muzikali, kienu diversi nies fil-qasam tal-muzika professjonali li semghu il-kanzunetta fosthom il-produttur muzikali internazzjonali Lil Eddie, maghruf ghax-xoghol tieghu m’ artisti kbar fosthom Nelly Furtado, Pink u Kylie Minogue u anki’ ricentament mistieden waqt it-tieni edizzjoni t’ X Factor Malta, li fahhar pubblikament il-materjal taz-zewg artisti. ”Kanzunetta b’ melodija klassika imma kurrenti  bi produzzjoni li tikber minn strofa ghal strofa. Il-vucijiet ta’ Kurt u Kel impekkabbli flimkien.”