Sport Waterpolo

Illejla, fl-9.30pm, it-tieni programm ta’ Man Up+ fuq Net Television

Illejla tittellgħa t-tieni edizzjoni tal-programm Man Up+ fuq Net Television fejn wieħed se jkun jista’ jewgwi l-gowla kollha li saru fit-tieni u fit-tielet ġurnata tal-kampjonat tas-sajf. Isegwi wara diskussjoni fejn mistieden illejla flimkien mal-preżentatur Christian Micallef se jkun hemm il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo, Karl Izzo.

Għal sena oħra, Man Up+ qed jitwassal bl-appoġġ ta’ numru ta’ kumpaniji kummerċjali li huma parti mill-familja televiżiva sportiva ta’ dan il-programm, u li mingħajrhom, produzzjonijiet bħala dawn żgur li ma jkunx possibli li jitwassal għand l-udjenza li sseggwihom b’tant interess. Fit-22 sena ta’ Man Up+ fuq Net Television, dan il-programm għandu l-appoġġ ta’: Avanza Training Academy, Motors Inc, CISK, DOVE u Gorg Borg Company Limited, Gillette u VJ Salamone Marketing, Jetfreight, DIZZ Group u The Grand Hotel Excelsior.