Fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela.. jew kif inhu aktar magħruf.. il-Junior College… bħala tifkira ġiet imnedija munita speċjali.
Net News, it-Tnejn waranofsinhar żar dan il-kulleġġ fejn tkellem mal-Prinċipal Paul Xuereb li tkellem magħna dwar xi jfisser u x’importanza għandu dan l-anniversarju
Waqt l-istess attivita, Uffiċjal mill-bank Ċentrali ta’ Malta Joseph Esposito spjega kif bdiet din l-idea.
Joseph Esposito saħaq li l-idea ġiet imnedija mill-Universita ta’ Malta li minnufih avviċinaw lill-bank ċentrali sabiex jaraw x’inhuma il-possibiltajiet li tinħareġ munita li tfakkar l-okkażjoni ta’ 25 sena tal-kulleġġ.
Din il-munita issa tlestiet… u dawk magħmulha ser ikunu qed jinbiegħu għall-prezz ta’ €64.99 mill-Junior College, l-Imsida.
Intant, ma’ Net News, Esposito tkellem aktar dwan din il-munita.
Preżenti wkoll għal din l-attivita’ kien hemm ir-Rettur tal-kulleġġ Alfred J. Vella.
//= $special ?>