Lokali

Imnedija munita biex jitfakkar il-25 anniversarju

Fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-Kulleġġ Ġan Franġisk Abela.. jew kif inhu aktar magħruf.. il-Junior College… bħala tifkira ġiet imnedija munita speċjali.

Net News, it-Tnejn waranofsinhar żar dan il-kulleġġ fejn tkellem mal-Prinċipal Paul Xuereb li tkellem magħna dwar xi jfisser u x’importanza għandu dan l-anniversarju

Waqt l-istess attivita, Uffiċjal mill-bank Ċentrali ta’ Malta Joseph Esposito spjega kif bdiet din l-idea.

Joseph Esposito saħaq li l-idea ġiet imnedija mill-Universita ta’ Malta li minnufih avviċinaw lill-bank ċentrali sabiex jaraw x’inhuma il-possibiltajiet li tinħareġ munita li tfakkar l-okkażjoni ta’ 25 sena tal-kulleġġ.

Din il-munita issa tlestiet… u dawk magħmulha ser ikunu qed jinbiegħu għall-prezz ta’ 64.99 mill-Junior College, l-Imsida.

Intant, ma’ Net News, Esposito tkellem aktar dwan din il-munita.

Preżenti wkoll għal din l-attivita’ kien hemm ir-Rettur tal-kulleġġ Alfred J. Vella.