Futbol Sport

Jesse Lingard mistenni jibqa’ ma’ Manchester United

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder internazzjonali Ingliż Jesse Lingard mistenni jibqa’ ma’ Manchester United matul dan l-istaġun wara li fl-aħħar nofs tal-istaġun li għadda kien misluf għand West Ham fejn ħalla mpatt qawwi mat-tim minn Londra.

Lingard li għandu 27 sena kien involut fil-partita ta’ ħbiberija li Manchester United lagħbu nhar il-Ħadd kontra Derby County fejn ir-Red Devils rebħa 2-1. Fi tmiem il-partita il-kowċ ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer qal li Lingard huwa fil-pjanijiet tiegħu għall-istaġun li ġej hekk kif irritorna mingħand West Ham aktar motivat u b’aktar enerġija. Lingard kien ukoll imsejjaħ fl-iskwadra proviżorja tal-Ingilterra għall-Euro 2020.