Lokali

Jinżamm arrestat wara li weġġa’ persuna b’arma li taqta’ u bil-ponta

Raġel ta’ 45 sena residenti r-Rabat Għawdex inżamm arrestat wara li kien akkużat li nhar it-18 ta’ Lulju 2021, għall-ħabta tal- 16.30 waqt li kien fi Triq l-Ewropa, r-Rabat, Għawdex, hedded u weġġa’ b’mod ħafif persuna oħra b’arma li taqta’ u bil-ponta.

Hu ġie akkużat ukoll li żamm fil-pussess tiegħu strument li jaqta’ u bil-ponta mingħajr il-liċenzja jew permess tal-Kummissarju tal-Pulizija.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu u nżamm arrestat.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.