Hekk kif illum infetħu tliet ċentri ġodda għall-vaċċin għal min irid jitlaqqam mingħajr appuntament, sa minn kmieni filgħodu kienu rrappurtati kjuwijiet twal f’dawn iċ-ċentri.
Dawn il-walk in centres għandhom l-għan li jagħtu opportunità lil min għadu ma tlaqqamx biex jagħmel dan kemm jista’ jkun malajr.
Iċ-ċentri l-ġodda jinsabu fil-Mosta Technopark, ieħor li nfetaħ fl-Universita ta Malta filwaqt li hemm ċentru ieħor fil-Gozo Conference and Expo Centre ir-Rabat, Għawdex li se jkun miftuħ sat-3.00pm.
//= $special ?>