Is-sewwieq ta’ Mercedes Lewis Hamilton ukoll safa vittma ta’ attakki razzisti wara l-Grand Prix tal-Ħadd li sar f’Silverstone. Hamilton rebaħ dan il-Grand Prix iżda fil-bidu tat-tellieqa kien involut f’inċident mar-rivali ta’ Red Bull Max Verstappen, b’konsegwenza li dan tal-aħħar jispiċċa jaħbat u jirtira mis-sewweiqa.
F’messaġġ fuq il-midja soċjali, l-FIA qalet li fl-isport m’hemmx post għal persuni li huma razzisti hekk kif kemm l-Formula 1, l-FIA, it-timijiet involuti u anke s-sewwieqa qed jagħmlu minn kollox biex ma jkunx hemm aktar każijiet simili. It-tim ta’ Red Bull ukoll ħareġ jikkundana mingħajr riservi l-attakki fuq Hamilton.
//= $special ?>