Formula 1 Sport

“Lewis Hamilton wera nuqqas ta’ rispett fil-konfront tiegħi”- Max Verstappen

Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali rreaġixxa għall-inċident li seħħ bejnu u bejn Lewis Hamilton fil-bidu tat-tellieqa b’konsegwenza li s-sewwieq Olandiż jaħbat fil-barriers u jkollu jittieħed l-isptar.

Sussengwentament Hamilton rebaħ it-tellieqa wara li rnexxielu jirkupra minn penalità li ngħatatlu wara li kkawża l-inċident lil Verstappen. Is-sewwieq ta’ Red Bull kiteb li Hamilton wera nuqqas ta’ rispett lejh meta rah jiċċelebra r-rebħ tat-tellieqa waqt li hu kien qiegħed l-isptar.