Coronavirus Lokali Saħħa

Malta lura fuq il-lista l-ħamra tal-ECDC wara ż-żieda fil-każi ġodda ta’ Covid-19

Malta reġgħet spiċċat fuq il-lista l-ħamra tal-Unjoni Ewropea, f’dak li għandu x’jaqsam safar, wara li l-ammont ta’ każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna qed ikompli jżid…b’1,510 fl-aħħar tminnt ijiem biss.

Dan kollu ġie kkonfermat miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard wara li sal-Ħamis fil-Gżejjer Maltin ir-rata ta’ pożittività kienet dik ta’ 4 punt zero tmienja.

Għaldaqstant preżentament il-Kummissjoni Ewropea qed tħeġġeġ lin-nies sabiex ma jsifrux lejn Malta minħabba s-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna tal-pandemija … wara li l-Gvern Laburista għal darb’oħra reġa’ tfixkel f’saqajh u tilef il-kontroll tas-sitwazzjni.

Ta min wieħed jinnota li fil-maġġorparti tal-pajjiżi Ewropej għadhom fuq il-lista l-ħadra meqjusin bħala siguri għas-safar.

Ikkummenta