Il-Grupp Corinthia preżenta l-pjanti għall-proġett li qed jippjana li jsir f’Ħal Ferħ, fiz-zona ta’ Għajn Tuffieħa.
L-iżvilupp se jkun jikkonsisti f’lukanda ta’ 5 stilel, b’162 kamra u 25 residenza.
Din ir-resort lussuża mistennija jkollha għoli sa massimu ta’ żewġ sulari, u ġiet disinjata mill-perit Martin Xuereb.
Il-Grupp Corinthia qed jgħid li dan l-iżvilupp se jkun wieħed sostenibbli, li jirrispetta l-ambjent.

