Il-FIGC qed tipproponi numru ta’ tibdiliet fil-format tal-Kampjonat Taljan, fejn dawn il-proposti se jkunu qed jitressqu għad-diskussjoni nhar l-Erbgħa waqt l-Assemblea tal-klabbs. Dawn it-tibdiliet qed ikunu proposti li jidħlu fis-seħħ mill-istaġun 2023/24.
Waħda mill-proposti ewlenin hija li t-timijiet fil-kampjonat jitnaqqsu minn 20 għal 18. Qed tkun ukoll evalwata l-possibilità li jiġu introdotti l-play-offs għar-rebħ tal-kampjonat kif ukoll il-play-out għat-timijiet li jkunu relegati għas-Serie B. Dawn it-tibdiliet jidher li mhux se jaffettwaw id-drittijiet televiżivi hekk kif kien diġa ntlaħaq ftehim mal-kumpanijiet rispettivi dwar il-possibilità li jkun hemm tibdil fil-format tal-kampjonat.
//= $special ?>