Internazzjonali

35 persuna jinqatlu f’attakk suwiċida f’Bagdad

Ritratt: Sky News

Minn tal-inqas 35 persuna tilfu ħajjithom f’attakk suwiċida li seħħ f’suq miftuħ fil-belt ta’ Bagdad. Fl-istess attakk indarbu 60 persuna b’numru minnhom jinsabu f’kundizzjoni kritika.

L-isplużjoni ħalliet ħerba sħiħa b’diversi ħwienet jispiċċaw f’sitwazzjoni devastanti  jippruvaw isalvaw dak li setgħu.

L-Istat Iżlamiku ddikjara r-responsabbiltà għal dan l-attakk, u qal li wieħed mill-membri tiegħu sploda lilu nnifsu meta kien bil-wieqfa f’nofs il-folla.