Futbol Sport

Arsenal jikkanċellaw iż-żjara fl-Istati Uniti wara numru ta’ każijiet ta’ Covid-19

It-tim Ingliż ta’ Arsenal ikkanċella ż-żjara tal-preseason fl-Istati Uniti wara li nstabu diversi persuni pożittivi għall-Covid-19 fil-kamp tat-tim minn Londra. Numru ta’ plejers mill-ewwel tim kif ukoll mill-akkademja ittestjaw pożittivi fl-aħħar testijiet li saru fil-club.

Arsenal kienu mistennija jilagħbu partita ta’ ħbiberija kontra Inter fil-25 ta’ Lulju qabel jilagħbu partita oħra kontra Everton jew Millonarios fit-28 ta’ Lulju. Arsenal bdew l-impenji tagħhom tal-preseason fl-Iskozja b’partita ta’ ħbiberija kontra Hibernians li tilfu 2-1, kif ukoll draw ta’ 2-2 kontra Rangers.

B’hekk it-tim immexxi minn Mikel Arteta se jkun qed jibqa’ f’Colney l-Ingilterra, hekk kif il-pjaniet tagħhom fl-Istati Uniti sfaxxaw fix-xejn.