Internazzjonali

Castillo iddikjarat President-elett tal-Peru

epa09274576 Peruvian presidential candidate Pedro Castillo speaks during a press conference, in Lima, Peru, 15 June 2021. Castillo, the left-wing candidate for the Presidency of Peru who awaits the proclamation of his victory over Keiko Fujimori by the country's electoral courts, asked for 'respect' for the popular vote in an election where, for his supporters, his triumph is 'irreversible'. Castillo expressed himself this way when he appeared at a conference of his technical team before the Foreign Press Association in Peru (APEP), held in Lima. The National Office of Electoral Processes (ONPE) reported that Castillo maintains an advantage of 44,816 votes over the right-wing candidate Keiko Fujimori, with 99.985 percent of the votes have already been counted. EPA-EFE/Paolo Aguilar

Pedro Castillo fl-aħħar sigħat kien iddikjarat President-elett tal-Peru, ftit ġimgħat wara li hu kien rebaħ il-vot popolari waqt elezzjoni diretta u konfront missielet mar-rivali tal-lemin, Keiko Fujimori.

L-awtorità elettorali fil-pajjiż ħabbret il-verdett wara li rrevediet l-allegazzjonijiet dwar frodi elettorali mressqa minn Fujimori – fost il-konferma li Castillo, eks-għalliema tal-iskola u kap ta’ union, irnexxielu jikseb ftit aktar minn 50 fil-mija tal-voti. Intant, Castillo għandu jieħu l-ġurament bħala President ġdid tal-Peru fit-28 ta’ Lulju.

F’diskors li għamel f’Lima, Castillo sostna l-impenn li jnissel l-għaqda fil-pajjiż u qal li t-Tmexxija tal-Peru se tiċħad kull ħaġa li tmur kontra d-demokrazija.

Min-naħa tiegħu, il-President attwali tal-Peru, Francisco Sagasti, awgura li t-tmexxija ta’ Castillo, li għandu 51 sena, tiftaħ għal perjodu ġdid ta’ rikonċiljazzjoni u konsensus fuq livell nazzjonali.