Fl-aħħar sigħat ġew irreġistrati 217-il każ ġdid ta’ Covid-19, hekk kif qed tkompli b’insistenza l-aħħar mewġa tal-pandemija li qed taħkem lil gżejjer Maltin.
L-ammont ta’ każijiet totali minn Marzu 2020 ‘l hawn issa huwa 32,833, bl-aħħar erbat ijiem pajjiżna ra 764 każ ġdid pożittiv.
Dan filwaqt li ġie mħabbar ukoll li bħalissa hemm 18-il pazjent rikoverati fl-Isptar Mater Dei kawża tal-pandemija– b’persuna minnhom tinsab rikoverata fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Mill-146 każi mħabbra t-Tnejn, 97 minnhom għandhom bejn l-10 u d-39 sena, bir-rata medja baqgħet dik ta’ 28 sena.
Aħbar tajba hi li fl-aħħar sigħat fiequ 3 persuni mill-virus, biex it-total ta’ persuni li fiequ mill-imxija huwa dak ta’ 30,236.
S’issa ngħataw 728,106 tilqima, u 359,042 persuna huma mlaqqma kompletament.
//= $special ?>