Lokali

Ħaddiem jaqa’ wara li kien qed jagħmel xogħol fl-Università

Għall-ħabta tal-10 ta’ dalgħodu raġel waqa’ għoli ta’ sular minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi xogħol fi blokka fl-Università.

Il-persuna involuta fl-inċident hija raġel Indjan ta’ 54 sena residenti l-Pietà.

Ir-raġel ittieħed immedjatament l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn aktar tard ġie ċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.