Futbol Sport

Hibernians bl-ewwel partita tagħhom fil-UEFA Conference League

Illejla f’San Marino, Hibernians se jkunu qed jilagħbu l-ewwel partita tagħhom fil-UEFA Conference League wara li l-ġimgħa li għaddiet kienu eliminati mill-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League minn FC Flora Talinn.

Hibernians llejla se jkunu qed jilagħbu kontra Folgore fejn għalihom ukoll se tkun l-ewwel partita f’din il-kompetizzjoni wara li kienu eliminati miċ-Champions League minn Prishtina. It-tim ta’ Hibs ħalla pajjiżna għal din il-partita lbieraħ filgħodu. Nhar il-Ħamis mill-istess kompetizzjoni, Birkirkara jilagħbu barra minn darhom kontra Olimpija Ljubljana filwaqt li Gżira United jilgħabu f’pajjiżna kontra Rijeka.

Intant, it-Tnejn ittellgħu wkoll il-poloz tat-tielet rawnd fejn saru magħrufa l-possibilitajiet li t-timijiet jistgħu jaffaċċjaw jekk jikkwalifikaw minn din il-fażi. Hibernians jistgħu jilagħbu kontra r-rebbieħ bejn Riga FC u Shkendija, Birkirkara jistgħu jilagħbu kontra FC Shkupi 1927 jew Santa Clara filwaqt li Gżira United jistgħu jilagħbu kontra Hibernian jew Santa Coloma.

UEFA CONFERENCE LEAGUE

Illum: Folgore v Hibernians 9.00pm Il-Ħamis: Olimpija Ljubljana 6.00pm, Gżira United v Rijeka 7.00pm