Lokali

Il-Maltin u l-Għawdxin qed iħallsu l-prezz tal-inkompetenza ta’ Robert Abela – PN

Stqarrija tal-Partit Nazzjonalista

Wara li Robert Abela falla għal darba, tnejn milli jieħu l-miżuri neċessarji biex jikkontrolla ttixrid tal-pandemija u s-saħħa tal-Maltin u l-Għawdxin, issa reġa tilef il-kontroll ta’ dak li mingħalih irnexxielu jsolvi.

Robert Abela qiegħed ikompli jonqos milli jagħti l-importanza li hemm bżonn lill-industrija tat-turiżmu ta’ pajjiżna u l-eluf ta’ impjiegi li jiddependu minnha, għaliex jibqa’ jwebbes rasu biex ikompli jesperimenta kif jaqbel lilu u mhux fuq pariri xjentifiċi u mediċi, biex b’hekk innumru tal-każijiet tal-COVID-19 f’pajjiżna reġgħu żdiedu b’mod allarmanti.

Aktar minn hekk għal Robert Abela u l-Gvern tiegħu, il-fatt li pajjiżna tqiegħed fuq il-lista lħamra ma jfisser xejn, bħal ma jfisser xejn il-kaos li ħoloq għal eluf ta’ familji li kienu se jsiefru, jew inqabdu barra minn Malta, meta l-ewwel impona miżuri ġodda u wara ftit reġa’ bidilhom.

Robert Abela għandu llum qabel għada jneħħi l-arroganza u s-suppervja tiegħu, u jassigura li l-poplu ma jerġax jispiċċa l-vittma tal-iżbalji tiegħu, partikolarment l-anzjani, l-istudenti, lgħalliema, l-ġenituri, l-artisti, l-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż, tar-ristoranti u kull min jaħdem fissettur tat-turiżmu, fost l-oħrajn.

Hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista ressaq kemm-il darba proposti konkreti, ibbażati fuq ixxjenza, sabiex pajjiżna jerġa jakkwista n-normalita’ mill-aktar fis, liema proposti Robert Abela għall-ewwel jinjora imma imbagħad, jagħmilhom tiegħu