Sport Sport Ieħor

Il-Polonja ħadu sitt għawwiema żejda għall-Olimpjadi

Il-Kontinġent Olimpiku Pollakk kellu jibgħat sitt għawwiema lura d-dar wara ntgħażlu iżjed minn dak stipulat. Skond ir-regoli ta’ kwalifikazzjoni tal-FINA, il-federazzjoni internazzjonali tal-għawm, il-Polonja setgħu jagħżlu 17-il għawwiem, iżda minflokk ħadu 23 għawwiem.

Il-president tal-Federazzjoni Pollakka tal-Għawm, Pawel Slominksi, talab apoloġija lil dawn l-għawwiema u esprima d-diżappunt tiegħu għal dan l-iżball. Slominski qal li jifhem ir-rabja li qed iħossu l-atleti wara dan l-iżball li qatt ma kellu jseħħ.

Waħda mis-sitt għawwiema mibgħuta d-dar, Alicja Tchorz, li rrapreżentat lil Polonja fl-Olimpjadi tal-2012 kif ukoll fl-2016, esprimiet ir-rabja tagħha fuq il-media soċjali, fejn qalet li ddedikat ħames snin minn ħajjitha għall-Olimpjadi, bis-sagrifiċji kollha li għamlet jispiċċaw fix-xejn.