Edukazzjoni Lokali Qorti

Il-Qorti tilqa’ t-talba għal mandat ta’ inbizzjoni dwar terminazzjoni vendikattiva

Il-Qorti Ċivili laqgħet it-talba għal mandat ta’ inibizzjoni magħmula mill-Prof Peter Gatt wara li kien itterminat l-impjieg tiegħu fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST.

Peter Gatt, li kien lettur f’dan il-kulleġġ kien talab lil-Qorti tilqa’ t-talba tiegħu wara li f’Ġunju rċieva ittra mill-istess kulleġġ fejn kien infurmat li l-impjieg tiegħu fi ħdan l-MCAST kien qed jiġi tterminat u li l-għada kellu jkun l-aħħar jum ta’ mpjieg tiegħu.

Gatt kien ilu jgħallem l-MCAST mill-2014. Huwa kien jgħallem il-ġeoloġija, l-istudju fil-ġebel u l-materjali tal-bini.

Huwa kien ikkritika s-sillabu tal-kulleġġ u qed isostni li t-terminazzjoni tal-impjieg tiegħu kien wieħed abbużiv u vendikattiv, u li kien marbut direttament mal-fatt li kien azzarda jikkrtika lit-tmexxija.

Issa, l-Qorti laqgħet it-talba għal mandat ta’ inibizzjoni kontra l-MCAST, il-Ministru tal-Edukazzjon u l-Prim Ministru.