EURO 2020 Futbol Sport

Luke Shaw lagħab l-aħħar tliet partiti tal-Euro 2020 b’injury

(Ritratt: EPA)

Id-difensur laterali Ingliż Luke Shaw lagħab l-aħħar tliet partiti tal-Euro 2020 bil-kusitlji miksura. Shaw sofra din l-injury fil-partita mir-rawnd tal-aħħar sittax kontra l-Ġermanja, iżda xorta waħda lagħab it-tliet partiti ta’ wara, fejn saħansitra skorja fil-finali kontra l-Italja.

Luke Shaw kien wieħed mill-aqwa plejers tal-Ingilterra fil-Euro 2020, fejn il-prestazzjonijiet tiegħu wassluhom għall-ewwel finali tagħhom wara 55 sena. Luke Shaw kien ukoll strumentali fil-kwarti finali kontra l-Ukrajna fejn provda żewġ assists fir-rebħa ta’ 4-0, f’Ruma.