Lokali

Maltco Lotteries jirbħu erba’ premijiet tal-MIGEA

Is-sitt edizzjoni tal-Malta’s Excellence Gaming Awards (MIGEA) ittellat il-Ġimgħa li għaddiet 16 ta’ Lulju. Din is-serata tal-premijiet saret issa waħda mill-aktar avvenimenti prestiġġjużi u mfittxija fl-industrija tal-logħob, li turi t-talenti misjuba fl-aspetti kollha tad-dinja tal-logħob.

Maltco Lotteries qalu li jinsabu onorati li rebħu għadd ta’ premijiet inkluż il-‘Best Industry’s Achiever of the Year Award (Land Based)’, ‘Best Workplace in Malta’, ‘Best CSR Gaming Company’ u l-‘Lifetime Achievement Award’.

Maltco Lotteries tixtieq ittenni r-ringrazzjament lejn il-professjonisti tal-Gaming Industry u se timpenja ruħha li tkompli taħdem biex issaħħaħ l-industrija tal-gaming.