Lokali Qorti

Mara tammetti li serqet inbid u ‘chicken wings’ minn ħanut fin-Naxxar

Mara ngħatat il-libertà proviżorja, sakemm tingħata s-sentenza, wara li ammettiet akkużi ta’ serq ta’ nbid u ‘chicken wings’ minn supermarket. Il-mara Franċiża ta’ 54 sena li ilha tgħix in-Naxxar għal 15-il sena, tressqet quddiem il-Maġistrat Nadine Lia.

L-Ispettur Roxanne Tabone spjegat kif, f’ħames okkażjonijiet separati bejn id-9 ta’ Lulju u t-18 tal-istess xahar, il-mara telqet mill-ħanut fin-Naxxar tal-katina Maypole mingħajr ma ħallset għall-fliexken tal-inbid li kienu fil-basket tax-xiri tagħh.

Fid-19 ta’ Lulju, serqet ukolll pakkett ‘chicken wings’. Is-sidien tas-supermarket għamlu kuntatt mal-Pulizija, u infurmawhom li hi kienet tpoġġi l-oġġetti fil-baskett tagħha u titlaq mingħajr ma tħallas. Quddiem il-Maġistrat Nadine Lia, il-mara wieġbet ħatja għal ħames akkużi ta ’serq .

Hija ngħatat ċans taħsibha fuq l-ammissjoni tagħha wara li kienet avżata mill-Qorti dwar il-konsegwenzi possibbli meta tingħata s-sentenza. L-Ispettur Tabone qalet lill-Qorti li l-mara kienet ikkoperat u rritornat il-flixkun inbid u l-pakkett ‘chicken wings’.

“Hemm problema ta’ alkoħol u possibbliment problemi mentali,” żiedet l-Ispettur. Il-mara mhix qed tissemma minħabba l-kundizzjoni tagħha. L-avukat tagħha, Martin Fenech, spjega li l-mara kienet ilha 15-il sena f’Malta b’kondotta nadifa.

Hija għandha wkoll ir-raġel u tfal hawn, huwa qal. Ġie ssuġġerit mill-partijiet li tingħata libertà kundizzjonata. Fenech informa lill-qorti li l-klijenta tiegħu kienet lesta li tħallas €500 għall-oġġetti misruqa. Il-Qorti poġġiet il-każ għas-sentenza għal Awwissu. Il-ħelsien mill-arrest ingħata fuq garanzija personali ta’ €300.