Lokali

Tifel ta’ sentejn fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn residenza fil-Mellieħa

Tifel ta’ sentejn jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ għoli ta’ sular u nofs minn tieqa f’residenza fi Triq Rattan il-Mellieħa.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30 ta’ dalgħodu fejn immedjatament issejħet ambulanza fuq il-post sabiex tagħti l-ewwel għajnuna lit-tifel.

Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar assistenza fejn aktar tard ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.