Futbol Sport

Rapporti fl-Ingilterra jindikaw li Gylfi Sigurdsson hu l-plejer investigat dwar pedofelija

Player ta’ 31 sena li jilgħab fil-Premier League fl-Ingilterra kien arrestat u qed ikun akkużat b’abbuż sesswali fuq it-tfal. Rapporti fl-Ingilterra qalu li l-player kien meħlus mill-arrest iżda xorta waħda se jibqa’ jkun interrogat mill-pulizija Ingliża.

Skond rapporti fil-media Ingliża jidher li dan il-plejer jilgħab ma’ Everton, bl-isem li qed jissemma jkun dak ta’ Gylfi Sigurdsson.

Madanakollu l-mara tiegħu Alexandra Ivarsdottir, ċaħdet dawn l-allegazzjonijiet aktar kmieni fil-jum tat-Tlieta. Il-klabb tal-istess player kien infurmat bil-każ u qal li se jkun qed jikkolabora mal-awtoritajiet.

L-istess rapporti qed jindikaw ukoll li aktar kmieni dan ix-xahar il-pulizija għamlu diversi tfittxijiet fid-dar tal-plejer, fejn ġew elevati diversi oġġetti li jistgħu jgħinu fl-investigazzjoni. Everton issospendew lill-plejer sakemm tiġu konkluża l-investigazzjoni, bit-tim imexxi minn Rafa Benitez mistenni jivvjaġġa lejn l-Istati Uniti għall-preseason.