Futbol Sport

Rebħa mportanti għal Hibernians

FOLGORE ………….. 1

HIBERNIANS ……….. 3

Folgore: G.Lombardi, P.Tamagnini, C.Brolli, N.Arrigoni, D.Piscaglia, M.Spighi, A.Fall, A.Nucci, Y.Jassey, E,Fedeli, M.Bernardi

Hibernians: N.Vella, A.Agius, L.Almeida, F.Apap, A.Attard, J.Grech, S.Raphael, B.Kristensen, Thaylor, W.Domoraud, J.Degabriele

Referee: T.Christofi

Assistenti Referees: M.Soteriou, M.Kalogirou

Hibernians kisbu rebħa mportanti barra minn darhom f’San Marino kontra Folgore bl-iskor ta’ 3-1. B’din ir-rebħa Hibernians se jkollhom vantaġġ fit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Conference League, hekk kif jerġgħu jiltaqgħu il-ġimgħa d-dieħla fit-tieni leg.

Folgore fetħu l-iskor kmieni fil-partita meta fil-5 minuta minn pass ta’ Mirco Spighi kien Eric Fedeli li ikkonkluda wara Nicky Vella għal 1-0. Madanakollu Hibernians irrispondew fit-13-il minuta meta minn pass ta’ Jake Grech, kien Jurgen Degabriele li għeleb lil Lombardi għal 1-1. Hibernians komplew jiddominaw il-partita u proprju fis-26 minuta marru fil-vantaġġ meta kien Jake Grech li wara azzjoni personali ikkonkluda wara Lombardi għal 2-1.

Fit-tieni taqsima Hibernians baqgħu jikkontrollaw il-partita fejn ftit li xejn kien hemm azzjonijiet perikolużi miż-żewġ naħat. Biex fit-83 minuta Hibernians għamluhom tlieta hekk reġa’ kien Jake Grech li kkonkluda wara Lombardi biex għalaq il-partita għal Hibernians. Iż-żewġ timijiet jiltaqgħu nhar it-Tlieta 27 ta’ Lulju fis-Centenary Stadium fit-8.00pm.