Sport Sport Ieħor

Thomas Bach jinsisti li l-Olimpjadi se jsiru biex jagħtu tama għall-futur

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach stqarr li l-Olimpjadi se jsiru biex jagħtu tama għall-futur aħjar minkejja l-pandemija tal-Covid-19. Bach sostna li qatt ma kien hemm il-ħsieb li jiġi ikkanċellati l-Olimpjadi, minkejja diffikultajiet li ltaqgħu magħhom fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment.

Bach żied jgħid li kien ukun faċli għall-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li jitħassar l-Logħob Olimpiku, iżda permezz tal-Olimpjadi jridu jagħtu tama, kif ukoll fiduċja lill-atleti u l-kontinġenti li se jikkompetu.

L-Olimpjadi u l-Logħob Paralimpiku kienu ikkanċellati f’Marzu tal-2020, f’deċiżjoni bla preċedent, bil-president tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jammetti li din ħolqot inċertezza kbira madwar id-29 edizzjoni tal-Olimpjadi.

Sadanittant, l-organizzaturi wissew lill-atleti, uffiċjali u ġurnalisti preżenti sabiex ma jattendux f’ristoranti wara 8pm, fejn jisserva l-alcohol, biex jiġu evitati każi ta’ Covid-19 fil-villaġġ olimpiku.

Minkejja dan diversi atleti fl-aħħar jiem ittestjaw pożittiv għall-Covid-19 fosthom ġinassta Amerikana, plejer tal-Beach Volleyball mir-Repubblika Ċeka kif ukoll kowċ tal-istess plejer, li kollha intbagħtu lura d-dar.

Sa issa kien 71 każ pożittiv ta’ Covid-19 fost atleti u uffiċjali li jinsabu f’Tokjo għall-Olimpjadi.