Fl-aħħar jiem kellha tinfetaħ sala oħra fl-Isptar Mater Dei għall-pazjenti tal-COVID. Din hija s-sitwazzjoni attwali li hemm bħalissa fl-Istpar Mater Dei hekk kif pajjiżna qed jerġa’ jaffaċċja mewġa ġdida ta’ każi ġodda ta’ COVID-19.
Il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija t-Tabib Martin Balzan sostna li sat-Tnejn kien hemm 2 persuni rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei… biż-zewġ persuni jidher li ma ħadux it-tilqima kontra l-COVID-19. Apparti dan, il-persuni l-oħra rikoverati l-Isptar huma fil-maġġor parti tagħhom barranin, b’uħud minnhom mhux vaċċinati.
Martin Balzan tenna li pajjiżna reġa’ għamel l-istess żball tas-sena l-oħra u mar għal turiżmu tal-massa. Bħala MAM huma kienu taw il-parir biex jiġu Malta biss nies vaċċinati kif ukoll isir swab test lil kull peruna qabel tidħol pajjiżna. Iżda l-Gvern beda jattwa din il-miżura tard wisq wara li laħqu bdew jiżdied sew il-każijiet poiżittivi ġodda ta’ COVID-19. Martin Balzan qal li peress li din id-deċiżjoni ttieħdet tard, spiċċa daħal il-varjant ieħor ta’ dan il-virus bid-dħul ta’ diversi studenti barranin li ma kinux vaċċinati.
It-Tabib Martin Balzan qal li iktar ma jiżdiedu l-każi pożittivi ġodda, aktar hemm possibbilta li tikber il-pressjoni fuq is-settur tas-saħħa. Huwa sostna li biex dan is-settur jerġa’ jkollu serħan il-moħħ hemm bżonn li l-każijiet pożittivi jergħu jinżlu għal inqas minn għaxra kuljum.
//= $special ?>