Lokali

Tkompli s-saga ta’ Rosianne Cutajar

Tissokta s-saga dwar Rosianne Cutajar hekk kif komplew jgħaddu aktar ġranet, u minkejja li r-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards kien ċar ħafna… u minkejja li Rosianne Cutajar saħansitra qed tkun investigata… għadha tifforma parti mill-Grupp Parlamentari Laburista…

Wara li fil-ġimgħat li għaddew, diversi Ministri u Segretarji Parlamentari qalulna li kienu komdi b’Rosianne Cutajar magħhom…. issa saqsejna wkoll lill-Ministru Carmelo Abela u ‘l-Ministru Julia Farrugia Portelli…. b’din tal-aħħar tgħidilna li komda taħdem ma’ kulħadd.

Carmelo Abela min-naħa tiegħu qalilna li Rosianne Cutajar refgħat diġà r-responsabbiltà….

…. u mistoqsi dwar hu x’għandu differenti minn Rosianne Cutajar… weġibna hekk.

“Tiegħi storja differenti”

Fl-aħħar jiem id-deputat Laburista, Rosianne Cutajar instabet ħatja ta’ ksur ta’ etika, bil-mod kif daħħlet eluf minn senserija fuq propjetà fl-Imdina illi ried jixtri Yorgen Fenech.

Rosianne Cutajar ikkonfermat li ħajret lil sid il-kumpanija 17 Black, Yorgen Fenech biex jara proprjetà fl-Imdina. Hi kkonfermat ukoll li kienet irċeviet €31,000 u €9,000 mingħand Yorgen Fenech. Dan filwaqt li jeżistu numru kbir ta’ chats bejn d-Deputat Laburista u l-allegat kompliċi fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Ikkummenta