Futbol Sport

Bidu tajjeb għal Gran Brittanja, l-Brażil u l-Iżvezja fil-futbol tan-nisa fl-Olimpjadi

Il-Gran Brittanja kellhom bidu mill-aqwa fil-futbol tan-nisa fl-ewwel partita mill-Olimpjadi wara li għelbu liċ-Ċile 2-0 fi Grupp E. Il-gowls tal-Gran Brittanja waslu minn permezz ta’ dopjetta ta’ Ellen White b’gowls fit-18 u t-73 minuta.

Il-Brażil kisbu rebħa kbira ta’ 5-0 fuq iċ-Ċina fi Grupp F. Marta skorjat dopjetta fid-9 u fl-74 minuta filwaqt li Debinha, Andressa u Beatriz skorjaw il-gowls l-oħra.

L-Iżvezja kisbu rebħa ta 3-0 fuq l-Istati Uniti fi Grupp G. Il-gowls tal-Iżvezja waslu minn dopjetta ta’ Stin Blackstenius fil-25 u fl-54 minuta u gowl ieħor ta’ Lina Hurtig fit-72 minuta.