Sport Waterpolo

Birżebbuġa jassiguraw posthom fil-Kampjonat Premier għat-tieni staġun konsekuttiv

Rapport: Stewart Said

Xogħlhom għamluh. Birżebbuġa Freeport kisbu seba’ punti mill-erba’ logħbiet fi Grupp A u huma assigurati minn post fil-Kampjonat Premier għat-tieni staġun konsekuttiv. Dan hekk kif ma jistgħux jintlaħqu minn Valletta u għalhekk huma ċerti minn post mal-ewwel tlieta fil-grupp.

Birżebbuġa kellhom jirkupraw minn żvantaġġ doppju, iżda dan għamluh fit-tieni sessjoni b’gowls minn Simon Vassallo, doppjetta ta’ Gabriel Sammut u Christian Mifsud rispettivament. Birżebbuġa bdew it-tielet sessjoni 4-3 minn fuq u għamluha diffiċli għall-avversarji bi tliet gowls konsekuttivi. David Cutajar, Simon Vassallo u David Pace Lupi għamlu l-iskor 7-3. Fl-aħħar sessjoni, Birżebbuġa kkontrollaw l-isforzi ta’ Marsaxlokk Brown’s Pharma għal rebħa meritata.

Sliema Frank Salt ftit sabu diffikultà biex rebħu d-derby Slimiż kontra Exiles. Wara din it-telfa, Exiles jilagħbu l-konfront deċiżiv kontra Marsaskala, bir-rebbieħ, jikseb post fil-Kampjonat Premier. It-tim ta’ Sergio Afric dejjem kien fil-vantaġġ għajr meta Kurt Griscti wieġeb għall-gowl ta’ Zach Mizzi. B’doppjetta ta’ Jerome Gabarretta u gowl ta’ Liam Galea, Sliema temmew l-ewwel sessjoni 4-2.

Exiles ma kellhomx reazzjoni u meritatament Sliema ddominaw it-tieni sessjoni b’sitt gowls mingħajr risposta. Gabarretta u Nicholas Bugelli skorjaw doppjetta kull wieħed flimkien mal-gowls ta’ Matthew Mifsud u l-captain Mark Meli. Sliema naqqsu r-ritmu ta’ logħob u ppermettew lil Exiles li tal-anqas jirbħu t-tielet sessjoni. Madankollu fl-aħħar sessjoni, Sliema reġgħu ddominaw, bil-veteran John Brownrigg jiskorja tnejn mill-ħames gowls.

L-aħħar logħba tal-ġurnata ftit offriet spettaklu minħabba konfront bejn il-qawwa ta’ Neptunes u t-tim modest ta’ Otters Nivea. Neptunes iddominaw kull ħin tal-logħba u sa żewġ minuti mill-ftuħ tal-logħba, kienu 3-0 minn fuq b’gowls ta’ Jake Muscat. Zion Bartolo skorja l-ewwel gowl ta’ Otters eżatt ma’ tmiem l-ewwel sessjoni. Doppjetti ta’ Jeremy Abela u Stevie Camilleri, gowls mill-aħwa James u Michael Spiteri Staines kif ukoll Jake Muscat, għenu lil Neptunes jiftħu distakk kbir ta’ 13-3.

Logħba ta’ dan it-tip ikollha żewġ għanijiet. Otters jippruvaw jillimitaw id-danni u għal Neptunes, tittieħed l-opportunità biex uħud mill-plejers ikollhom aktar logħob mis-soltu. Għalkemm Neptunes naqqsu ftit fit-tielet sessjoni, spiċċaw il-logħba bl-aħjar mod possibbli, bi tmien gowls jaslu minn seba’ plejers differenti.

MARSAXLOKK BROWNS……. 4

BIRŻEBBUĠA FREEPORT…… 8

Marsaxlokk: B. Busuttil, M. Pace (1), S. Stellini, M. Martellacci (1), S. Busuttil (1), L. Saliba, J. Galea, K. Cremona, Z. Micallef, R. Scerri, M. Cacici (1), J. Portelli, F. Buhagiar

Birżebbuġa: M. Rossi, J. Farrugia, N. Cassar, D. Pace Lupi (1), C. Mifsud (2), P. Serracino, S. Vassallo (2), D. Cutajar (1), M. Bonnici, M. Borg, R. Spiteri, S. Fava, M. Sladden, B. Grech, G. Sammut (2)

Referees: Ronnie Spiteri, Stefan Licari

SLIEMA FRANK SALT…… 16

EXILES…………………………. 4

(4-2), (6-0), (1-2), (5-0)

Sliema: N. Grixti, J. Gabarretta (5), L. Galea (2), M. Meli (1), B. Cachia, N. Schiavone, M. Mifsud (2), J. Brownrigg (2), J. Gambin, Z. Mizzi (2), N. Bugelli (2), Z. Sciberras

Exiles: M. Castillo, N. Saliba, S. Apap, P. Paris, T. Sullivan, S. Xerri de Caro, M. Fenech (2), K. Griscti (1), N. Paris, J. Bajada, M. Aquilina (1), D. Fenech, G. Borg

Referees: Massimo Angileri, Richard Magri

NEPTUNES………………… 25

OTTERS NIVEA…………… 6

(6-0), (7-2), (4-1), (8-2)

Neptunes: A. Borg Cole, J. Muscat (6), L. Calleja (1), G. Pace (1), M. Castillo, J. Spiteri Staines (2), S. Camilleri (5), J. Camilleri (3), J. Abela (2), M. Spiteri Staines (2), A. Fenech (2), S. Gialanze, A. Bugeja, J. Cachia (1), R. Galea

Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro, M. Lanzon, L. Hyzler, E. Meli, D. Dimech, K. Scicluna, G. Mizzi, M. Farrugia, C. Zammit, Z. Bartolo, O. Zammit, D. Spiteri, Z. Camilleri, A. Dimech

Referees: Neville Mercieca, Peter Balzan