Sport Sport Ieħor

Brisbane magħżula bħala l-belt li se tospita l-Olimpjadi tal-2032

Il-belt ta’ Brisbane fl-Awstralja ntagħżlet bħala l-belt li se tospita l-Olimpjadi u l-Paralimpjadi tal-2032.

Il-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach u l-Ministru ta’ Queensland Annastacia Palaszczuk ffirmaw il-kuntratt bħala belt ospitanti wara li fi Frar li għadda Brisbane kienet fost il-favoriti li tikseb id-dritt li tospita l-Logħob.

L-aħħar darba li l-Olimpjadi saru fl-Awstralja kien fis-sena 2000 meta dakinhar kienu saru f’Sydney. Huwa mifhum li l-Logħob tal-2032 se jġibu madwar ħames biljun ewro fil-belt ta’ Queensland.