Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 199 każ ġdid – ifiqu 30

Huma 199 il-każi ġodda ta’ Covid-19 li ġew irreġistrati f’pajjiżna fl-aħħar 24 siegħa sabiex issa t-total ta’ każi minn Marzu 2020 żdiedu għal 33, 032.

Dan filwaqt li l-Ministeru għas-Saħħa ħabbar ukoll li fiequ 30 persuna filwaqt li fortunatament ma ġiet irreġistrata ebda fatalità kawża tal-virus bejn it-Tlieta u l-Erbgħa bit-total ta’ vittmi għadu qed jammonta għal 420.

Dan ifisser li l-każi attivi fil-Gżejjer Maltin żdiedu għal 2,346.

Ġie spjegat li mill-217 imħabba tul il-jum tat-Tlieta, 50 minnhom kellhom ‘il fuq minn 39 sena filwaqt li l-età medja kienet dik ta’ 27 sena.

Ta’ min wieħed jinnota li l-persuni rikoverati fl-Isptar Mater Dei kawża tal-virus naqsu għal 15…b’total ta’ persuna waħda tingħata l-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.