Internazzjonali

Ħaddiema tas-saħħa fl-Ingilterra jingħataw 3% żieda fil-pagi

Il-Gvern Ingliż ħabbar li se jkun qed jagħti żieda ta’ 3% lill-ħaddiema tas-saħħa, imħallsa b’lura minn April.

Din ż-żieda fil-pagi se jkunu qed igawdu minnha infermiera, paramediċi, konsulenti dentisti u tobba.

Il-Gvern Ingliż ħabbar din iż-żieda wara li qala’ kritika qawwija meta kien qal li kien se jagħti żieda ta’ 1% lil dawn il-ħaddiema.

Kelliema għad-Dipartiment tas-Saħħa qal li din iż-żieda hija turija tal-kontribut enormi li taw dawn in-nies fis-sena bla preċedent tal-pandemija.

Madankollu anke din iż-żieda qed tkun deskritta bħala miżera, bil-unions tal-infermiera jgħidu li mhux se jkunu qed jaċċettaw din iż-żieda.

Ikkummenta