Sport Sport Ieħor

Il-kontiġent Malti jibda jasal f’Tokjo

Il-kontinġent Malti beda jasal f’Tokjo hekk kif ir-regolamenti tal-Covid-19 jistipulaw li l-atleti ngħataw struzzjonijiet biex jaslu mhux qabel ħamest ijiem qabel il-kompetizzjoni tagħhom u jitilqu mhux aktar tard minn jumejn wara li l-avveniment tagħhom jintemm.

Il-plejer tal-badminton Matthew Abela kien l-ewwel wieħed li wasal u warajh waslet it-tiratrici Eleanor Bezzina.  Aktar kmieni dalgħodu waslu fil-villaġġ l-għawwiema Andrew Chetcuti u Sasha Gatt flimkien mal-kowċ tagħhom Artem Goncharenko. L-atleti li fadal huma mistennija jaslu sa tmiem il-ġimgħa.

L-iskeda tentattiva għall-kompetizzjonijiet hija kif ġej: –

Il-Ħadd 25 ta’ Lulju: Badminton Singles: Matthew Abela v Shi Yu Q (CHN) 12.40pm, Sparar: 10m Air Pistol (Kwalifikazzjoni): Eleanor Bezzina 9.00am, Għawm 400m Heats: Sasha Gatt 8.39pm It-Tnejn 26 ta’ Lulju: 1500m Heats: Sasha Gatt 8.32pm It-Tlieta 27 ta’ Lulju: Weightlifting 64kgs: Yazmin Zammit Stevens 11.50am, Għawm: 100m heats: Andrew Chetcuti 7.00pm Il-Ħamis 29 ta ’Lulju: Sparar 25m Pistola (Kwalifikazzjoni): Eleanor Bezzina 9.00am Il-Ġimgħa 30 ta ’Lulju: Atletika 100m Heats: Carla Scicluna

Ix-Chef de Mission Dr Lucienne Attard spjegat li għalkemm il-miżuri stretti fis-seħħ illimitaw l-interazzjoni bejn l-atleti, dan ma naqqasx l-antiċipazzjoni ġenerali tal-kompetizzjoni u l-ispirtu fost il-kontinġent Malti huwa għoli.

Iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ hija skedata li ssir nhar il-Ġimgħa 23 ta ’Lulju fit-8pm fl-Istadju Olimpiku. Il-Bandiera Maltija se tinġarr mit-tiratrici Eleanor Bezzina u l-Għawwiem Andrew Chetcuti li t-tnejn ikkompetew fil-Logħob Olimpiku preċedenti.