Lokali

Il-Ministru Michael Farrugia joħroġ mill-isptar

Il-Ministru Michael Farrugia jinsab lura d-dar wara li lbieraħ kien ġie rikoverat l-isptar Mater Dei.

Dan wara li ftit tal-jiem ilu kien irriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Permezz ta’ post fuq Facebook, Farrugia spjega li hu kien ingħata l-parir jidħol l-isptar meta kellu xi testijiet li ma kinux skont il-parametri meħtieġa. Hu spjega li l-aħħar riżultati juru li huwa jinsab stabbli u b’hekk ġie rrilaxxat mill-isptar.

Il-Ministru se jkun qed ikompli l-kwarantina tiegħu id-dar.

Huwa rringrazzja lil kull min bgħattlu messaġġi ta’ fejqan ta’ malajr.