Lokali

Imutu diversi papri f’San Raflu f’Għawdex

Ritratt : Google Maps

Diversi papri li wieħed seta’ jammira f’San Raflu f’Għawdex, sfortunatament instabu kollha mejta.

Jidher li l-kawża tal-mewt ta’ dawn il-papri tista’ tkun ġejja minn żewġ raġunijiet – jew ġew ivvelenati, jew inkellha telgħet ħafna t-temperatura tal-ilma u mietu bl-ilma kkontaminat.

Il-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista f’San Lawrenz Għawdex, bgħat waħda mill-papri f’laboratorju sabiex isirulha aktar testijiet u jkun determinat il-kaġun ta’ dan l-inċident.

Intant, f’Wied iż-Żejta fir-Rabat Għawdex fejn ukoll hemm ħafna papri, jidher li nixef l-ilma. Sfortunatament, Il-Gvern mhux qed jindirizza din il-problema u jekk il-problema tibqa’ hemm sfortunatament jista’ jagħti l-każ li anke dawn il-papri jispiċċaw imutu.